Filmat: L-Aquarius daħal Malta; salvati 141 persuna

Reuters

 

Aktar kmieni llum waranofsinhar daħal Malta l-bastiment Aquarius li fuqu hemm 141 persuna, 97 minnhom irġiel u 44 nisa. 38 minnhom huma tifel u tifla taħt il-15-il sena, uħud bla ġenituri.

12 minnhom, fosthom 2 nisa tqal u 5 itfal, ittieħdu l-isptar biex jingħataw assistenza medika, filwaqt li l-bqija ttieħdu ċ-Ċentru tal-Marsa.

Franza, Spanja, il-Ġermanja, il-Portugal u l-Lussemburgu qablu li jieħdu l-persuni abbord wara li jinżlu f’Malta. Fi stqarrija l-Erbgħa filgħaxija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħabbar li anke l-Italja kienet se tieħu xi immigranti.

Sal-bieraħ filgħaxija huma ma kinux ingħataw permess uffiċjali biex jidħlu f’MaltaIl-konċessjoni biex il-bastiment jidħol f’Malta ngħatat wara li saru diskussjonijiet bejn Malta u Franza.

L-immigranti huma mill-Bangladesh, mill-Cameroon, mill-Ghana, mill-Kosta tal-Avorju, min-Niġerja, mis-Senegal, minn Togo, mill-Eġittu, mill-Eritrea, mill-Marokk u mis-Somalja.

Jibdew jitniżżlu l-persuni abbord Aquarius.Aktar dettalji: http://bit.ly/2nFDUVX

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, August 15, 2018

Il-wasla ta’ Aquarius f’ Boilers Wharf, l-Isla.

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, August 15, 2018

Il-Kummissarju Ewropew Dimitris Avramopoulos sejjaħ għas-soluzzjonijiet sostennibli wara li ntlaħaq dal-ftehim bejn il-pajjiżi Ewropej. Huwa saħaq li l-Unjoni Ewropea trid tieħu responsabbilità bħala bloc wieħed.

Il-bastiment Aquarius huwa mmexxi minn SOS Mediterranee u Medicins Sans Frontiers (MSF). Huma salvaw żewġ dgħajjes li kienu mgħobbija bin-nies li ħarbu mil-Libja f’żewġ opperazzjonijiet separati fl-ibħra internazzjonali bejn Malta u l-Italja.

Malta kienet qalet li ma għandha l-ebda obbligu legali biex tħalli l-bastiment jidħol f’Malta, filwaqt li Spanja kienet qalet li l-portijiet tagħha mhux destinazzjoni sigura. L-Italja kienet talbet lill-Ingilterrra biex tieħu l-bastiment dan għaliex huwa rreġistrat f’Ġibiltà.

Il-Gvern ta’ Gibiltà qal li mill-20 ta’ Ġunju l-Aquarius mhux se jibqa’ rreġistrat bil-bandiera tal-pajjiż.

It-Tnejn li għadda l-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 114 immigrant minn fuq dinghy 52 mil nawtiku lbarra mill-kosta ta’ Malta.

F’Ġunju li għadda l-Aquarius kien f’nofs kontroversja meta spiċċa jwassal l-630 persuna salvata lejn Spanja.