Aqta’ l-biljett tal-Air Malta wara nofsillejl

Minn nofsilejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis se jibda skont ta’ 24 siegħa fuq it-titjiriet tal-Air Malta.

Il-linja tal-ajru ħabbret dan fi stqarrija fejn qalet li l-iskont huwa disponibbli għal 24 siegħa biss. Wieħed jista’ jibbenefika minn skont ta’ 25% għal vjaġġi matul ix-xahar ta’ Awwissu, skont ta’ 35% għal vjaġġi f’Settembru u skont li jasal sa 45% meta jivvjaġġaw matul ix-xahar ta’ Ottubru.

L-offerta hija disponibbli fuq id-destinazzjonijiet kollha tal-Air Malta li jinkludu; Amsterdam, Birmingham, Bucharest, Bristol, Brussell, Cagliari, Katanja, Casablanca, Comiso, Dusseldorf, Frankfurt, Ġinevra, Kiev, London Gatwick, London Heathrow, London Southend, Lisbona, Lyon, Malaga, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Palermo, Paris Charles De Gaulle, Paris Orly, Praga, Ruma, San Pietruburgu, Tel Aviv, Tabres – Lourdes, Tuneż, Vjenna, Venezja, Zurich, Katanja – London Southend, Cagliari – London Southend u Katanja – Vjenna.

Din l-offerta hija valida fuq in-nollijiet Go Smart kollha li jinkludu bagalja rreġistrata ta’ 23kg. L-iskont huwa validu biss permezz tas-sit web tal-Air Malta fuq www.airmalta.com.