Għada tista’ taqta’ dik it-troffa żejda u tkun qed tgħin ħafna nies…

Jekk ħallejt xi troffa titwallek iżżejjed, u trid taqtagħha biex tidher trendy għall-Għid iżda tax-xagħar mhux se jiftaħlek, għada tista’ taqta’ xagħrek xorta waħda… taqta’ xagħrek u taqta’ x-xewqat ta’ persuni li bħalek joħolmu f’ħajja aħjar
L-attività qed tittellgħa mill-grupp jismu Mzungu Mission, u forsi wħud diġà jaf min huma minħabba d-dedikazzjoni li għandhom il-membri biex dal-proġett ikun wieħed ta’ suċċess.
Bejn is-7am u s-7pm ta’ għada, tista’ taqbeż qabża mingħajr appunament għand Vigorous-Power to your Hair ta’ Wied il-Għasel il-Mosta bejn is-7am u s-7pm, u l-flus kollha se jmorru għall-proġett.
Fil-passat dan il-grupp mar il-Kenja, ir-Rwanda u t-Tanzanija biex bil-flus li jiġbor minn Malta jgħin hemmhekk, qalb il-poplu.
Sa xahrejn ilu l-grupp kien f’kuntatt mill-qrib mal-Isqof Emanuel Barbara, li ħalla did-dinja f’Jannar li għadda, wara ħajja ta ħidma mat-tfal u n-nies foqra fil-Kenja.
Tista’ tara kif tista’ tgħin lil dawn iż-żgħażagħ jiqbgħu jġorru t-torċa ta’ Barbara, billi żżur is-sit tal-Facebook ta’ Mzungu Mission.
Mzungu Mission…il-missjoni "tan-nies bojod".