Aqta’ dawn il-vizzji biex tqassam ħinek aħjar

Fil-ħajja wieħed għandu dejjem ifittex modi kif jaħdem iktar bilgħaqal u mhux iktar b’saħħtu. B’dan il-mod, il-ġurnata jkun jista’ jużaha b’mod aktar effiċjenti.
Forsi wieħed jgħid li diffiċli jlaħħaq ma’ kollox, iżda meta jibda jaqta’ ċertu vizzji ħżiena, immedjatament jinduna kemm jista’ jagħmel iktar affarijiet f’ġurnata.
X’inhuma t-18-il ħaġa li trid tieqaf tagħmel biex tkun iktar produttiv fl-2018?

  1. Meta tipposponi l-iżveljarin tiegħek kull filgħodu (SNOOZE), tkun qed tagħmel iktar ħsara milli ġid, hekk kif tnaqqas ir-rata tal-ormoni li jkunu qed iħejjuk għall-ġurnata.
  2. Ibda orqod biżżejjed. In-nuqqas ta’ rqad jillimita ħafna l-funzjonijiet tal-moħħ li jgħinuk issolvi l-problemi u tieħu deċiżjonijiet aħjar.
  3. Neħħi l-mowbajl minn ħdejn is-sodda. Id-dawl li joħroġ minn skrins tal-mowbajls, tablets u kompjuters, ’l hekk imsejjaħ blue light, jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-ormoni li jirregolaw l-irqad.
  4. Il-kolazzjon qatt m’għandek taqbżu għax l-ewwel ikla tal-ġurnata hija dik li tħaddimlek il-metaboliżmu u ssaħħaħlek il-livell taz-zokkor fid-demm.
  5. Tħallix l-iktar xogħol tqil u li jieħu l-ħin għal iktar tard. Iktar ma tgħaddi l-ġurnata iktar se tgħajja u jonqoslok l-aptit li taħdem.
  6. Ieqaf iċċekja l-imejls il-ħin kollu tal-ġurnata. Skont riċerka, kull darba li tagħmel dan titlef massimu ta’ 25 minuta ta’ ħin li stajt tinvesti f’xogħol.
  7. Daqshekk junk food għall-ikla ta’ nofsinhar. Ikel li jkun fih ħafna xaħam jew zokkor iraqqdek u jnaqqaslek l-enerġija sostanzjalment.
  8. Ieqaf għalaq għajn waħda għalik innifsek u għamel l-almu tiegħek biex tilħaq kull għan li hemm bżonn.
  9. Ieqaf agħti kollox l-istess ammont ta’ importanza u tgħallem ipprijoratizza.
  10. Qatt tagħmel ġurnata sħiħa bilqiegħda, sib modi innovattivi ta’ kif tagħmel dan fil-post tax-xogħol tiegħek li jaħdmu għalik.
  11. Kemm jista’ jkun pprova taħdimx fuq żewġ oġġetti fl-istess ħin. Meta tagħmel dan qed tagħti inqas attenzjoni lill-affarijiet milli jeħtiġilhom u b’hekk tkun inqas produttiv.
  12. Qatt m’għandek taqbeż l-eżerċizzji tal-ġurnata hekk kif eżerċizzji filgħodu jew waranofsinhar jgħinuk torqod aħjar. Iktar kemm torqod aħjar, iktar taħdem aħjar.
  13. Toqgħodx tqalleb fuq l-internet għalxejn b’xejn waqt li suppost qed taħdem.
  14. Tippjanax iżżejjed għax qatt ma taf x’jista’ jiġri. B’hekk tagħti ċans lilek innifsek tkun iktar flessibbli.
  15. Minkejja dan, huma importanti li ċertu affarijiet tippjanahom sew, speċjalment meta qed taħdem għal xi għan partikolari.
  16. Uża l-laqgħat biss għal okkażjonijiet importanti u mhux għal kull ħaġa ta’ xejn.
  17. Ieqaf kun wisq perfezzjonist. Toqgħodx tibża’ li ħa tagħmel xogħlok ħażin, iffoka li tagħmel xogħlok.
  18. Qatt m’għandek tillimita l-ħin tiegħek f’perjodi qosra bħal sigħat jew ġranet, iżda agħti lilek innifsek ċans bil-ġimgħat.