Aqrali storja bil-Malti

Inizjattiva ta’ koppja Maltija, Paul u Rose Spiteri, biex matul il-perjodu tal-Covid-19 iħeġġu l-qari, spiċċat biex ġiet apprezzata u rikonoxxuta fl-Awstralja permezz tal-ġurnal elettroniku The Journal of the Maltese Diaspora.

Il-koppja Spiteri għandha għal qalbha l-lingwa Maltija u matul 8 ġimgħat iffilmjaw, editjaw u tellgħu 60 filmat ta’ madwar 12-il minuta fejn matulhom Paul jaqra stejjer bil-Malti. L-għan tagħhom kien li jilħqu kemm jista’ jkun tfal u adulti permezz tal-midja soċjali ħalli b’hekk iżommu ħaj l-interess fil-qari u fil-letteratura Maltija.

Ir-rispons kien wieħed tajjeb mhux biss mill-Maltin iżda anki minn Maltin li jgħixu barra minn xtutna.

Apparti dan tittella’ wkoll storja differenti fil-ġimgħa fuq is-sit tal-iskola Savio College fejn Paul jgħallem.

Il-koppja issa qed tfittex aktar stejjer biex twassal fil-ġimgħat li ġejjin għax għalkemm fil-filmat hwua paul li qed jidher, Rose tagħmel ukoll xogħol ta’ preparazzjoni kif ukoll tiffilmja lil żewġha jaqra l-istejjer.

Il-filmati b’dawn l-istejjer huma aċċessibbli permezz ta’ dan il-link.

Din hi waħda mill-istejjer bil-Malti li wieħed jista’ jsib fuq il-YouTube Channel ta’ Paul Spiteri: