L-ewwel messaġġ lin-nazzjon mill-Prim Ministru Joseph Muscat

Dr Joseph Muscat bgħat l-ewwel ittra tiegħu fil-kariga l-ġdida ta’ Prim Ministru.

Dr Muscat qal li bl-Elezzjoni li għaddiet, il-poplu Malti u Għawdxi ta messaġġ li jrid jinqata’ mill-politika tal-passat u jara stil ġdid ta’ tmexxija. Saħaq li l-Partit Laburista ġie elett bħala moviment u se jiggverna bħala movement, filwaqt li nsista li hu se jkun qed imexxi b’umiltà.

B’dan il-gvern ġdid, saħaq Dr Muscat, kull min irid jagħti sehemu biex pajjiżna jimxi ‘il quddiem, “se jingħata l-ispazju kollu li hemm bżonn.”

Semma’ fost l-oħrajn li minkejja id-distakk fir-riżultat, l-Oppożizzjoni se tkun relevanti għall-pajjiż.

Il-Prim Ministru qal li l-ewwel impenji tiegħu fil-gvern se jkun li jgħaddi l-Baġit għas-sena 2013. Saħaq li l-gvern immexxi minnu, se jkun qed jagħmel xi tibdiliet f’dan l-istess baġit. Fost it-tibdiliet, Dr Muscat qal li se tittranġa taxxa minn fuq il-minimum wage.

Aqra l-messaġġ tal-Prim Ministru hawn taħt.