Aqra l-aħħar ittra tal-ġurnalist Amerikan lill-familja…ried ikun id-dar għat-tieġ ta’ oħtu

Waqt ix-xhur li l-ġurnalist Amerikan James Foley qatta’ maħtuf fis-Sirja, qabel ma nqatel mill-Istat Iżlamiku, meta setax jibgħat ittri lill-familtu.  Iżda rnexxielu jikkomunika magħhom billi ta’ ittra lil sieħbu d-Daniż Daniel Rye Ottosen, li kien arrestat ukoll iżda nħeles f’Ġunju li għadda.
Fl-ittra, Foley jiftakar fil-mumenti sbieħ tat-tfulija meta kien isuq ir-rota ma’ ommu u anke kiteb li xtaq ikun id-dar biex jilħaq it-tieġ ta’ oħtu.

“Għeżież qraba u ħbieb, qed niftakar f’dak iż-żmien meta kont immur nixtri ma’ missieri u fil-ġiri bir-rota ma’ ommi.  Niftakar f’ħafna mumenti sbieħ li qattajt mal-familja u li qed jgħinuni nitbiegħed minn dan il-ħabs.  Qalbi timtela bil-ferħ meta noħlom u niftakar fil-familja u l-ħbieb.
Naf li qed taħsbu fija u titolbu wkoll, u ta’ dan jien grat ħafna lejkom.  Anke jien nitlob għalikom u meta nagħmel dan, inħossni viċin tagħkom.
Fiċ-ċella qiegħdin 18-il ruħ, u mnalla ġara hekk: kellna konversazzjonijiet twal fuq films, sport u kurżitajiet oħra. Irnexxielna nsibu mod kif nilgħabu l-karti u ċ-chess…dan kollu jgħinna ngħaddu l-ħin u jtaffilna ftit mill-beżgħat. 
Kelli ġranet fejn ħassejtni tajjeb iżda kelli oħrajn fejn kont dgħajjef.  Inkunu ferħana meta xi ħadd minna jirnexxielu jingħata l-libertà, bit-tama li kollha kemm aħna xi darba se nkunu meħlusa.  Jirnexxielna wkoll nagħmlu kuraġġ lil xulin.

Issa kuljum qed jitimgħuna tajjeb.  Ġieli kellna t-tè u l-cafe u anke erġajt tellajt ftit il-piż.
Naħseb ħafna f’ħuti.  Niftakar fil-logħob li konna nilgħabu flimkien: niftakar fil-logħob ma’ Michael, l-avventuri ma’ Marrie u T.  Jekk meta niġi lura jibqali ftit flus fil-kont tal-bank nixtieq immur inżur lil Michael u Matthew.
Katie, jien kburi ħafna bik.  Inti l-iktar waħda b’saħħitna minna kollha.  Naħseb fik meta tkun qed taħdem ħafna biex tgħin lill-persuni fil-bżonn.  Għadek ma tafx kemm jien kuntent li rnexxieli nibgħatlek sms qabel ma ħatfuni.  Nitlob li ninħeles malajr biex nieħu sehem fit-tieġ tiegħek.  Nitlobkom tibqgħu sodi għax għandi bżonn l-għajnuna tagħkom biex inkun nista’ nikseb ħajti lura.
Jim”