AQRA: L-AĠ jippubblika l-konlużjonijiet ta’ Egrant; mhux ir-rapport sħiħ

Ftit minuti qabel mal-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, l-Avukat Ġenerali ppubblika l-konklużjonijiet prinċipali, u mhux ir-rapport sħiħ, (AGĦFAS HAWN) tal-inkjesta Maġisterjali dwar il-kumpanija Egrant fil-Panama.

Il-Maġistrat Aaron Bugeja qal fir-rapport tiegħu li ma hemm xejn li jorbot lil Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru, mal-kumpanija Egrant.

Huwa qal li kien diġà ta kopja tar-rapport lill-Prim Ministru.

AQRA – Inkjesta Egrant: Konklużjonijiet Ewlenin

Fl-għeluq tar-rapport, l-Avukat Ġenerali qal li:

  • ma nstabx li l-ishma fil-kumpanija Egrant kienu jappartjenu lil Michelle Muscat, jew li kienu rikonduċibbli lilha, lil żewġha jew membri tal-familja tagħhom.
  • li ma nstabx li Dr Joseph Muscat, Michelle Muscat, iċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri, il-Ministru Konrad Mizzi u l-Eks Kummissarju Ewropew John Dalli setgħu kienu involuti f’korruzzjoni u/jew ħasil ta’ flus u/jew tranżazzjonijiet finanzjarji suspettati minn kontijiet ta’ Persuni Esposti Politikament mill-Ażerbajġan.