Aqra dawn il-kotba qabel joħorġu films

Ħafna huma dawk li jippreferu jaqraw il-ktieb qabel ma jaraw il-film. Il-
mistoqsija hija, “X’kotba għandi naqra qabel ma jsiru films?”

Crazy Rich Asians ta’ Kevin Kwan huwa ktieb dwar tfajla, Rachel
Chu, li tqatta’ sajf f’Singapore mal-maħbub u l-familja tiegħu, li
skont il-fehma tagħha, kienu familja umli. Madanakollu, huma
jispiċċaw jaqbdu diversi ajruplani privati u jiltaqgħu ma’ qraba li
moħħhom biex jissendikaw.

The Engagement ta’ Courtney Sullivan huwa ktieb ideali għall-
istaġun tat-tiġijiet. Il-ktieb jirrakkonta storja ta’ żwieġ b’mod uniku
u interessanti.

Into the Water ta’ Paula Hawkins, l-istess awtriċi tal-ktieb Girl on
the Train, li jirrakkonta kif wara li żewġ nisa tilfu ħajjithom fi xmara,
is-sigrieti ta’ kif diversi nisa oħra li tilfu ħajjithom f’din l-istess
xmara bdew telgħin.

Dawn il-kotba kollha se jiġu adattati għall-films fix-xhur li ġejjin.