AQRA dan jekk se tmur tgħum l-Għadira

Jekk qed tippjana li tmur fil-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa se jkun hemm ix-xogħlijet għaddejjin b’rabta mal-estensjoni tal-istess bajja.

Fi stqarrija, Projects Malta Limited infurmat lill-pubbliku li bħala parti minn dan il-proġett se jsir tħaffir matul il-kosta kollha, li hu meħtieġ biex isiru l-istudji neċessarji dwar il-materjal li hemm taħt is-saffi tar-ramel. Filwaqt li skużat ruħha għall-inkonvenjent, Projects Malta infurmat lill-pubbliku li fuq il-bajja se jkun hemm rappreżentanti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li se jipprovdu l-assistenza u l-informazzjoni meħtieġa.