Awdjo: Bħal-lum kien miet Lucio Battisti

Bħal-lum fl-1972, il-finali tal-basketball waqt l-Olimpjadi ta’ Munich spiċċat b’rebħa kontroversjali ferm għall-Unjoni Sovjetika fuq l-Istati Uniti bi skor ta’ 51-50. Sa dakinhar, l-Amerikani ma kienux tilfu logħba Olimpika waħda u kienu rebħu seba’ midalji tad-deheb, imma f’din il-finali, l-aħħar tlett sekondi tal-logħba kienu ġew repetuti tlett darbiet minħabba diversi deċiżjonijiet kontestati sakemm l-uffiċjali ddikjaraw rebbieħa lill-Unjoni Sovjetika.

Mument taċ-ċelebrazzjoni wara r-rebħa tal-Unjoni Sovjetika. Ritratt: minn filmat

Bħal-lum fl-1998 kien ħalliena l-mużiċist u kantant Taljan Lucio Battisti. Fost il-kanzunetti popolari li kellu Battisti niftakru Mi ritorni in mente, Acqua Azzurra Acqua Chiara, Anna, Non è Francesca, La Collina dei ciliegi, Emozioni u Un’avventura.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.