APS f’Tas-Sliema: Il-bqija tal-impjegati negattivi għall-Covid-19

Il-fergħa se terġa' tiftaħ għada

Read in English.

Wara li ħaddiem fil-fergħa tal-Bank APS f’Tas-Sliema rriżulta fil-pożittiv għall-coronavirus, il-bqija tal-impjegati għamlu swab test, iżda kollha rriżultaw fin-negattiv. Għalhekk, il-fergħa se terġa’ tiftaħ għada.

Fi stqarrija, il-bank qal li l-ħaddiem li għandu l-coronavirus jinsab f’kundizzjoni tajba.

Kmieni lbieraħ filgħodu, il-fergħa ġiet diżinfettata sabiex tiftaħ għada fil-ħinijiet normali, mit-8.30am.

Il-bank fakkar lill-klijenti li jkunu ma jifilħux biex ma jżurux il-fergħat tiegħu. Meta jżuru xi waħda mill-fergħat huma jridu jilbsu maskra jew visor, jużaw il-hand sanitiser, iżommu d-distanza minn xulxin u ma jqattgħux wisq ħin hemmhekk.