April l-aktar xahar li n-nies qasmu l-fliegu

Bejn April u Ġunju kien hemm żieda ta’ 7.3% ta’ passiġġiera bejn Malta u Għawdex meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2016.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul dawn it-tliet xhur vjaġaw mal-1,415,326 passiġġier.
April kien l-aktar xahar li raha passiġġieri, b’total ta’ 474,647.
Iż-żieda rreġistrata kienet ukoll fil-passiġġieri li marru Għawdex b’vettura, bi 8.3%.
Il-Ġimgħa u s-Sibt kienu l-aktar ġranet li raw passiġġieri li telqu miċ-Ċirkewwa filwaqt li l-Ħadd u t-Tnejn kienu l-iżjed ġranet li fihom il-passiġġieri bdew il-vjaġġ mill-Port tal-Imġarr.