April-Ġunju: Jonqsu l-pagi ta’ min jaħdem fil-kostruzzjoni

Meta kkumparat mas-sena li għaddiet, bejn April u Ġunju, l-impjiegi fil-qasam tal-kostruzzjoni naqsu b’7.5%.

Skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, impjiegi fil-kostruzzjoni ta’ bini, inġinerija ċivili u kostruzzjoni speċjalizzata naqsu b’5%, 16% u 8.4%.

Fit-tieni kwart tas-sena kien hemm ukoll tnaqqis ta’ 6.4% fis-sigħat maħduma, tnaqqis ukoll ta’ 6% fil-pagi u s-salarji.