Appuntament għall-vista tal-għajnejn jispiċċa l-Parlament

Appuntament għall-vista ta’ anzjan spiċċa diskuss fil-Parlament.

Waqt is-seduta tat-28 ta’ Jannar, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Edwin Vassallo staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne biex jieħu l-passi meħtieġa biex anzjan li qed ibati min-nuqqas ta’ vista jikseb appuntament u jsirlu nuċċali.

Il-Ministru għas-Saħħa wieġeb fit-3 ta’ Frar li l-każ qed jiġi segwit.