Appuntament biex tawgura lill-Prim Ministru s-sena t-tajba

Il-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat se jkunu qed jilqgħu n-nies fil-Berġa ta' Kastilja nhar l-Erbgħa 27 ta' Diċembru.
Kull min jixtieq jiltaqa’ mal-Prim Ministru u mas-Sinjura Muscat qed jintalab iċempel fuq 22002400 biex iħalli d-dettalji tiegħu.
Din hija okkażjoni li ssir kull sena u li matulha wieħed ikollu l-opportunità li jawgura -sena t-tajba lill-Prim Ministru u l-famillja tiegħu.
Kastilja se tkun miftuħa bejn l-4.15pm u 5.45pm biex jawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tas-sena l-ġdida.
Waqt li jkun fil-Berġa ta’ Kastilja, il-pubbliku se jkun jista’ jara s-swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi u, kull min jixtieq, se jkun jista’ wkoll jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi.