Apps għal kuljum: Produttività

Apps għal kuljum: Produttività

Għal ħafna nies, smartphones saru parti mill-ħajja tagħhom. Min biex iċempel, min biex jibagħat messaġġi, u min biex jorganizza ħajtu bis-saħħa tal-apps. Hawnhekk ġbarna l-apps li huma utli għal ħajja ta kuljum.

Evernote
Din hija application popolari biex iżżomm in-noti. Il-mod kif tużaha huwa pjuttost sempliċi filwaqt li toffri faċilitajiet vasti fuq il-mod kif torganizza n-noti. Tista’ tqassam in-noti f’notebooks, turi in-noti li trid lil xi ħbieb jew kollegi, iżomm ritratti u files ġon-noti, modijiet vasti ta’ kif tfittex għan-noti u ħafna iktar. Dan is-servizz huwa b’xejn għall ammont ta’ data fix-xahar fuq l-App Store u Google Play.

Things
Things hija application biex iżżomm dak li għandek tagħmel f’post wiehed. Faċli ħafna biex tużaha u pulita. Things tagħmilielek faċli biex idaħħal x’għandek x’tagħmel ta’ malajr fl-inbox. Tista umbagħad toqgħod tirranga bil-ħin u d-dati u tista’ tqiegħedhom fi proġetti. Things awtomatikament timmarkalek x’għandek x’tagħmel illum u turik ukoll x’inhu ġej. Din l-app tinstagħab fuq l-App Store għal madwar €7.99.

Dropbox
Bis-saħħa ta’ Dropbox, files li jkollok fuq il-kompjuter, tista’ tarahom minn fuq l-ismartphone jew tablet tiegħek. Ikollok folder fuq il-kompjuter u il-files li tagħmel fih ikunu disponibbli kull fejn tmur. Dan huwa l-iktar mod effiċejnti biex iżomm kopja tal-files tiegħek online u tkun tista’ ġġorrhom miegħek. Dan is-servizz huwa ukoll b’xejn u jinstagħab fuq l-App Store u Google Play

Bump
Bump hija application biex tkun tista’ tibagħat ritratti u kuntatti billi tħabbad iż-żewġ smartphones flimkien. Dan huwa mod faċli u interattiv ta’ kif tista titrasferixxi din l-informazzjoni. L-unika żvantaġġ huwa li trid tkun imqabbad mal-istess konnezzjoni tal-WiFi. Dan is-servizz huwa ukoll b’xejn u jista’ jistagħab fuq l-App Store u Google Play

Paper by Fifty Three
Din l-app hija għandha disinn bellezza fejn wieħed ikun jista’ jqelleb il-kotba tiegħu u jqelleb il-paġni bin-noti tiegħu. In-noti tiktibhom bis-swaba stess qisek qiegħed tikteb bil-pinna. Toffrilek faċilitajiet biex tagħżel pinen u kuluri differenti, b’hekk hija application sabiħa ukoll biex tpinġi. Din l-app hija b’xejn u tinstagħab fuq l-App Store għall-iPad.

Artiklu miktub minn Vioside