Approvati l-fondi biex titranġa triq fil-Qala li ilha tegħreq is-snin

Read in English.

Din il-ġimgħa ġew depożitati flus fil-kont tal-Kunsill Lokali tal-Qala biex tkun tista’ titranġa triq fil-lokalità li ilha tegħreq għal diversi snin meta tgħamel ix-xita.

Fuq Facebook is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg qal li ġew depożitati aktar minn €384,000 fil-bank. Hu rringrazzja lill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li approvat “dawn il-flus rekor għall-Kunsill”. Qal ukoll li ngħataw €100,000 ftit xhur ilu biex bihom isisru Triq il-Kunċizzjoni fil-water culvert u tarmak u Triq it-28 t’ April 1688.

Buttigieg qal li b’hekk se tissolva “l-problema tal-għargħar fi Triq il-Kunċizzjoni.

Newsbook.com.mt ilu sa mill-2015 jirrapporta dwar l-għargħar f’din it-triq fil-Qala. Dak iż-żmien il-Viċi Sindku tal-Qala, Paul Buttigieg kien qal li ġie approvat il-permess għat-tibdil fis-sistema tad-drenaġġ ta’ Triq il-Kunċizzjoni u li issa jonqos biss li tiġi approvata s-sistema tal-water culverts.

F’Ġunju tal-2016 Paul Buttigieg kien qal li kien se jibda x-xogħol fuq l-ewwel parti tal-water culvert.

Aktar fondi ghal-toroq ahjar fil-Qala / More funds for better streets in QalaDin il-gimgha gew depozitati aktar minn…

Posted by Paul Buttigieg on Sunday, December 29, 2019

Filmat: Arkivji