Approvati l-ewwel żewġ applikazzjonijiet għall-Parole

Ġew approvati l-ewwel żewġ applikazzjonijiet għall-parole minn żewġ residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-parole tibda effettivament topera mill-ġimgħa d-dieħla.

Il-liġi tal-parole daħlet fis-seħħ sena u nofs ilu f’Jannar 2012.

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali qal li ħadem biex din il-liġi ma’ tibqax biss iswed fuq l-abjad iżda titħaddem b’mod reali għall-ġid tas-soċjetà li tiggwadanja mir-rijabilitazzjoni ta’ eks-residenti tal-Faċilità.

Il-persuni li jwettqu reat jew jiksru parti mill-kundizzjonijiet tal-Parole jeħlu l-kumplament tas-sentenza mingħajr remission.