Approvati “l-aktar sanzjonijiet ebsin” fuq il-Korea ta’ Fuq

Il-Kunsill tas-Sigurtà fi ħdan il-Ġnus Magħquda approva unanimamemt sanzjonijiet ġodda fuq il-Korea ta’ Fuq minħabba l-programm tal-missili tagħha.
Fost oħrajn, is-sanzjonijiet jinkludu waqfien fuq prodotti ġejjin mill-pajjiż, u limitu ta’ investiment li jista’ jsir fih mill-pajjiżi li ffirmaw dawn is-sanzjonijiet.
L-Ambaxxatriċi tal-Ġnus Magħquda għall-Istati Uniti, Nikki Haley, qalet li dawn it-tip ta’ sanzjonijiet huma l-aktar damma ta’ sanzjonijiet ebsin li tpoġġew fuq pajjiż f’ġenerazzjoni.
Ix-xahar l-ieħor, il-Korea ta’ Fuq ittestjat żewġ missili interkontinentali, u kienet ħabbret li kellha l-għodda biex tispara missila li tolqot lill-Istati Uniti.
Minkejja dan, esperti wrew id-dubju tagħhom kemm dan huwa minnu.
Dawn it-testijiet kienu ġew ikkundannati mill-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun u, ovvjament, l-Istati Uniti.
Sadanittant, iċ-Ċina qablet mas-sanzjonijiet, iżda ma kinitx tal-istess fehim mad-deċiżjoni tal-Istati Uniti li jneħħu mill-Korea ta’ Isfel it-THAAD, sistema ta’ kontra l-missili.
Uħud mill-esportazzjonijiet tal-Korea ta’ Fuq huma l-faħam, il-metall u minerali oħra li se jieħdu daqqa ta’ ħarta kbira bis-sanzjonijiet.
Qed jingħad li bejn iċ-Ċina u l-Korea ta’ Fuq ikun hemm madwar $3 biljun f’negozju, u issa dan jista’ jinżel b’żewġ terzi.