Approvati €108 miljun mill-KE għan-negozji Maltin

Il-Kummissjoni Ewropea (KE) approvat €108 miljun għal Malta sabiex tgħin lin-negozji li ġew affettwati mill-pandemija tal-coronavirus. Dawn il-fondi huwa parti mill-iskema State aid Temporary Framework.

Minn din l-iskema se jkunu qegħdin igawdu l-kumpaniji kollha minbarra dawk finanzjarji. Taħt din l-iskema il-kumpaniji se jkunu qegħdin jingħataw €7,500 biex ikopru l-ispejjeż tal-kirja u sa €7,500 oħra li jkopru l-kontijiet tad-dawl.

Minn din il-miżura mistennija jigwadanjaw 20,000 kumpanija. L-għan ta’ din l-iskema huwa li tgħin lill-kumpaniji affettwati minn din il-pandemija sabiex tindirizza l-likwidità tal-kumpaniji tgħinhom, ikomplu bix-xogħol tagħhom u possibilemnt jinvestu u jżommu l-impjiegi tal-ħaddiema.

Il-Kummissjoni Ewropea sabet li l-iskema Maltija hija konformi mal-kundizzjonijiet maħruġa minn Temporary Framework. Il-fondi f’din l-iskema se jkunu maqsuma: €100,000 lill-kumpaniji li jipproduċu prodotti agrikoli, €120,000 lill-kumpaniji fis-settur tal-ħut u l-akwakultura u €800,000 lil kumpaniji attivi fis-setturi l-oħra.