Approvati 4 kandidati oħra tal-Partit Laburista

Il-Partit Laburista approva 4 kandidati oħra għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li mistennija ssir f’Mejju li ġej.

Mary Gauci, Robert Micallef, Alfred Sant u Lorna Vassallo ġew approvai mill-Partit Laburista biex jirrappreżentawh f’din l-elezzjoni.

Il-Partit Laburista, li sa issa jifforma parti mill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew għandu total ta’ 14-il kandidat li ġew approvati sa issa. Dawn jinkludu lil Alex Agius Saliba, Felix Busuttil, Josef Caruana, Noel Cassar, Josianne Cutajar, Miriam Dalli, Cyrus Engerer, James Grech, Joe Sammut u Fleur Vella. L-ewwel grupp ġie approvat f’Settembru li għadda filwaqt li grupp ieħor ġie approvat f’Ottubru.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li għandu kandidatura b’saħħitha li toffri għażla lill-elettorat Malti li għandu firxa wiesgħa ta’ nies biex minnhom jagħżel min se jirrappreżentah.