Approvati ​34 boutique hotel f’sitt snin

Fl-aħħar sitt snin, ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar 34 applikazzjoni għal boutique hotels. 
Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal fil-Parlament li mill-2011 sal-2017 ġew ivvalidati jew ippubblikati 45 applikazzjoni, li minnhom ġew approvati 34. 
Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Edward Zammit Lewis.