Approvati 1,247 permess fix-xahar ta’ qabel l-elezzjoni

Bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017 l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 1,247 applikazzjoni għall-żvilupp.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fi tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Waqt dibattitu dwar l-estimi tal-istess awtorità, ilbieraħ il-Ministru Borg qal li matul l-2016, l-Awtorità iddeċidiet fuq madwar 6,000 applikazzjoni, jew medja ta’ madwar 500 fix-xahar.
Jirriżulta li fit-33 jum li ppreċeda l-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017 il-medja ta’ applikazzjonijiet approvati kienet iktar mid-doppju ta’ dawk deċiżi, bħala medja, kull xahar is-sena li għaddiet.