Approvata żieda fid-dejn biex jinħarġu bonds

Il-Parlament għadda mozzjoni biex iżid is-somma li jista’ jissellef permezz ta’ ħruġ ta’ strumenti ta’ dejn minn €100 miljun għal €200 miljun.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li dan qed isir għax il-Gvern għandu l-intenzjoni li aktar tard din is-sena joħroġ savings bonds b’rati ta’ mgħax aħjar milli qed joffru bħalissa l-banek.
Huwa qal li dan wassal biex parti mis-soċjetà intlaqtet ħażin minn dawn ir-rati. Il-Ministru qal li bħalissa r-riservi tal-Gvern taħt strumenti finanzjarji ta’ savings bonds ilaħħqu €99.5 miljun.