Approvata residenza b’690 kamra għall-istudenti

Il-bini ta’ residenza ta’ 690 kamra għall-istudenti universitarji ġie approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-proġett se jkun qed jinbena bejn l-Università ta’ Malta u l-Isptar Mater Dei. Il-proġett jinkludi bini ta’ parkeġġ taħt l-art għal 456 karozza. Se jkun hemm ukoll spazju kummerċjali u pixxina. Din ir-residenza se tkun qed tintuża’ mill-Università minflok dik f’Ħal Lija wara li l-kera ngħalqet.

Għall-bidu, l-amministrazzjoni tal-isptar Mater Dei kienet qed toġġezzjona kontra l-proġett. Però, din l-oġġezzjoni ġiet irtirata fuq il-kundizzjoni li jkun hemm miżuri li jnaqqsu l-impatt fuq il-pazjenti.