Approvata l-proposta tal-iSpeaker Malti waqt l-Assemblea tal-Commonwealth

L-iSpeaker Anġlu Farrugia indirizza l-Assemblea tal-Commonwealth li qed tiltaqa’ f'Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel, dwar il-kriżi bejn Ġibiltà u Spanja.

Fir-rigward tal-mozzjoni mressqa minn Ġibiltà u b’support lejn l-istess mozzjoni mressqa, l-iSpeaker Anġlu Farrugia ressaq proposta lill-assemblea, fejn id-delegazzjoni parlamentari Maltija flimkien ma' dik tar-Renju Unit u Ċipru, se jkunu qed iressqu it-talba tagħhom lill-Membri Parlamentari eletti tal-pajjiżi rispettivi sabiex din il-kwistjoni tiġi mressqa fil-Parlament Ewropew.

Il-proposta mressqa mill-iSpeaker ġiet approvata mill-Commonwealth General Assembly.

Matul l-istess Assemblea tal-Commonwealth, il-Whip tal-Gvern Carmelo Abela, ġie elett fl-eżekuttiv tal-British Islands and Mediterranean Region tal-Commonwealth.