Approvata l-estensjoni ta’ lukanda fil-Marfa

Il-MEPA approvat ukoll li tista’ ssir estensjoni tal-lukanda Riviera fil-Marfa. 
Il-proġett jinkludi żieda ta’ 51 sodda, jiġifieri minn 242 sodda se jkollha 293 waħda.
Ix-xogħlijiet l-oħra jinkludu: reception area ġdida, tkabbir tar-restorant, bini ta’ parkeġġ pubbliku waqt li fuq il-bejt se jkun hemm splash pool u sundeck
Il-Bord iddeċieda li għandu jkun hemm kontrobuzzjoni ta’ aktar minn €32,000 għall-Fond għal Titjib Urban.