Read in English.
Il-Kummissjoni tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ blokka ta’ 18-il appartament f’sit li għandu valur storiku fil-Kalkara.
Dan qalitu l-għaqda Moviment Graffitti fuq Facebook, u spjegat li sabiex isir dan l-iżvilupp, inqered razzett fi Frar li għadda, illegalment.
Apparti dan, qalet l-NGO, is-sit huwa ta’ valur arkeoloġiku minħabba li hemm r-raddi fil-blat (cart ruts), u siġra tal-ħarrub antika se titqaċċat biex isir l-iżvilupp [PA/03758/19].
Waqt il-laqgħa, ir-rappreżentanta tal-Moviment Graffitti Karen Tanti appellat lill-Kummissjoni tal-Ippjanar biex issalva dan il-post ta’ valur storiku u naturali, iżda skont l-NGO, il-Kummissjoni tfitilha l-mikrofonu sabiex ma tkunx tista’ tagħmel l-appell tagħha.