Approvat żvilupp ħdejn Ta’ Kandja

Ġiet approvata Applikazzjoni tal-Kontroll tal-Iżvilupp sabiex isir żvilupp Ta’ Kandja ħdejn l-istazzjon tal-pompa u l-galleriji tas-Siġġiewi.
L-applikazzjoni biex tinbena fabbrika tal-briks ġiet sottomessa ħafna snin ilu. Is-sottomissjoni oriġinali għal din il-fabbrika kienet miċħuda fl-2004. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għal din iċ-ċaħda kienet li s-sit jaqa’ fiż-żona ta’ protezzjoni tas-Siġġiewi u li jiġi viċin l-istazzjon tal-pompa ta’ Ta’ Kandja.
Barra minn hekk, is-sit qiegħed ħdejn barriera u f’post vulnerabbli minħabba t-tniġġiż. Għalhekk, is-sottomissjoni li ġiet miċħuda kienet tħalli impatt negattiv fuq ir-riżors tal-ilma ta’ taħt il-ġebel.