Approvat programm ta’ €130 miljun f’inizjattivi għall-qasam rurali

Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-Programm għal Żvilupp Rurali ta’ Malta, għas-snin 2014-2020, u b’hekk jippermetti lill-pajjiż jinvesti €130 miljun f’dan il-qasam.
Il-Gvern ħabbar dan hekk kif il-programm ġie approvat u adottat illum.
Skont is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, il-fondi se jmorru għal diversi inizjattivi u proġetti fil-qasam agrikolu, fosthom investiment fl-istrutturi tal-irziezet, titjib tal-prodott agrikolu, inizjattivi favur il-kwalità, u proġetti ta’ afforestazzjoni. 
Ritratt: DOI – Pierre Sammut