Approvat ir-restawr fuq Bieb is-Sultan f’Ħaż-Żabbar

Id-daħla ta’ Notre Dame f’Ħaż Żabbar se tingħata ħajja ġdida hekk kif il-Kummissjoni tal-Ippjanar approvat il-proġett.
Ix-xogħol li mistenni jsir fuq dan il-bieb storiku, magħruf aktar bħala Bieb is-Sultan jinkludi restawr estern, l-iskavar u rikostruzzjoni ta’ parti mill-foss oriġinali li jinsab madwar il-monument u l-istallazzjoni ta’ lift panoramiku. Il-lift mistenni jagħti aċċess għas-saqaf tal-binja.
Id-daħla ta’ Notre Dame hija waħda mis-sebgħa mibnija tul il-Cottonera Lines u kienet isservi bħala l-entratura prinċipali għall-konglomerazzjoni ffortifikata meta tkun ġej mil-Lvant.
Il-proġett se jiġi mmexxi minn Fondazzjoni Wirt Artna li tieħu ħsieb dan is-sit.
Il-metodu tar-restawr ġie kkonfermat ukoll mis-Superintendenza tal-Wirt Kulturali, u x-xogħol kollha se jkun issorveljat mill-uffiċjali konservattivi tal-Awtorità tal-Ippjanar.