Approvat il-permess għal ‘fly-over’ fil-Kappara

Il-bord tal-MEPA approva unanimament il-permessi sabiex tinbena ‘fly-over’ fil-Kappara.

Apparti l-bini tal-‘fly-over’ se titwessa’ wkoll Triq Reġjonali, dan biex parti kbira mit-traffiku jgħaddi mill-‘fly-over’ u jingħaqad ma’ dak li jkun tiela’ lejn il-Kappara.

It-tender biex jibdew ix-xogħlijiet mistenni li joħroġ fix-xhur li ġejjin u dawn mistennija li jkunu lesti fi żmien 18-il xahar.

Apparti l-‘fly-over’ il-proġett se jkun qed jinkludi ‘sound barriers’ sabiex jonqsu l-ħsejjes li jagħmlu l-karozzi.