Approvat il-permess biex kumpanija taħżen iż-żejt tal-ikel

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) approvat biex iġġedded u tvarja l-permess integrat ta’ prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis (IPPC) ippreżentat minn Waste Oil Company Limited.

Il-permess huwa marbut mal-ħażna taż-żejt tat-tisjir li jintuża kemm fid-djar residenzjali kif ukoll f’postijiet kummerċjali.

Il-permess tal-IPPC jinkludi numru ta’ obbligi ambjentali li l-kumpaniji għandhom iħarsu sabiex ikun assigurat l-aħjar livell ta’ prekawzjoni kif ukoll ileħħaq il-livell Ewropew.