Approvat il-bini ta’ Townsquare f’Tas-Sliema

Illum l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett ta’ Townsquare f’Tas-Sliema. Is-CEO Peter Diacono qal li l-Awtorità approvat dan il-proġett wara sena ta’ tibdil f’dak li kien hemm bżonn sabiex dan il-proġett jiġi approvat.

Żied li dan il-proġett se jiġbor fih l-aqwa talent kemm lokali u internazzjonali u issa se jibdew jattwaw il-viżjoni tagħhom. Huwa qal li Townsquare huwa proġett ta’ kwalità għolja u t-tim jinsab ħerqan biex jibda jaħdem fuq dan il-proġett sabiex jagħti spazju ġdid f’Tas-Sliema.

Il-proġett se jkun jinkludi negozju, postijiet tal-ikel, fejn jgħixu n-nies u parkeġġ taħt l-art. Madwar żewġ terzi tal-ispazju se jkun miftuħ u b’varjetà ta’ ġonna fejn wieħed jista’ jmur.

Permezz ta’ dan il-proġett se tkun restawrata Villa Drago kif ukoll il-ġnien tal-madwar.