Approvat il-baġit ta’ Malta għall-2018 mill-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi (ECOFIN) approva l-baġit ta’ Malta għall-2018, wara li dan kellu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Novembru li għadda.
L-approvazzjoni kienet parti mid-deċiżjoni u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwaar l-istabbiltà u l-patt tat-tkabbir.
Il-Kunsill tal-ECOFIN addottata wkoll lista ta’ ġuriżdizzjonijiet li mhumiex koperattivi mal-Unjoni Ewropea.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna. Fl-indirizz tiegħu Prof. Scicluna qal li lista addottata għandha sservi biex ikun hemm riformi ħalli b’hekk jintlaħqu iktar standards għolja.
L-ECOFIN adotta wkoll ir-regoli tal-VAT għall-bejgħ li jsir onlajn bejn il-pajjiżi. Dawn ir-regoli l-ġodda huma iktar iċċentralizzati u jagħmluha iktar faċli għall-bejjiegħa onlajn biex jirreġistraw għall-VAT.