Apprezzament għax-xogħol tal-KNPD

Il-Premju Dun Mikiel Azzopardi għas-sena 2012 ingħata lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ bħala turija ta’ rikonoxximent u apprezzament.

Dan tħabbar minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt kunċert organizzat minn Radju RTK u li sar fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dan biex jitfakkar l-ħamsa u għoxrin sena mill-mewt ta’ Mons. Mikiel Azzopardi, Fundatur u l-ewwel Direttur tad-Dar.

Fr Martin qal li bil-ħidma tagħha, il-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Dizabilita, flimkien ma’ bosta oħrajn, biex il-kwalita’ tal-ħajja tal-persuni b’diżabilita’ tkompli titjieb u d-drittijiet tagħhom jissaħħu.

Il-Premju Dun Mikiel Azzopardi jingħata kull sena mid-Dar tal-Providenza biex jirrikonoxxi l-kontribut volontarju ta’ persuni fil-qasam tal-persuni b’diżabilita’ f’Malta u Għawdex.