Appoġġ onlajn b’eżerċizzju u attivitajiet

quarantaine.org

Read in English.

Id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija tal-Università ta’ Malta kien wieħed minn grupp ta’ istituzzjonijiet edukattivi ewlenin li talbu biex jikkollaboraw fuq quarantrain.org, pjattaforma internazzjonali li għadha kemm tnediet. L-għan ta’ din il-pjattaforma huwa li tippromwovi saħħa fiżika tajba f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida mal-pandemija COVID-19 permezz ta’ appoġġ onlajn kuljum u informazzjoni f’waqtha dwar l-eżerċizzju u l-attivitajiet ta’ kuljum.

It-tnedija uffiċjali tal-pjattaforma, idea ta’  grupp ta’ edukaturi fiżjoloġi u studenti mill-Università ta’ Nijmegen saret nhar il-Ħamis 2 ta’ April.

Il-grupp ta’ studenti tal-Undergradates tat-Tielet Sena involuti mill-Università ta’ Malta huma Karen Stoner, Nicole Chircop, Kelly Fenech, Bernard von Brockdorff, Daryl Psaila u Sophie Camilleri. Flimkien mat-tutor tagħhom qed jaħdmu fuq il-kontenut tal-programm u l-ħolqien tal-vidjow biex jippromwovu l-eżerċizzju bħala mezz biex jindirizzaw il-saħħa mentali u modi tajbin tan-nifs.

Dr John Xerri De Caro, Lettur fid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fil-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa, u tutor ta’ dawn l-istudenti qal:

“Irrid ngħid li jien kburi ħafna bir-rispons tal-istudenti għas-sejħa għall-involviment u mil-livell tal-impenn tagħhom. Hija, u għandha tibqa’ tkun, esperjenza ta’ tagħlim imprezzabbli għat-tim kollu waqt li nidħlu f’attivitajiet transkulturali mmirati lejn il-benesseri tal-popolazzjoni globali. Huwa eżempju perfett ta’ kif, fi żminijiet ta’ avversità bħal din li aħna kollha għaddejjin, nkunu kapaċi nilqgħu l-isfida, naraw opportunità f’diffikultà u niżviluppawha.”

L-individwi li jixtiequ jikkontribwixxu għal din l-inizjattiva mmexxija mill-istudenti huma mħeġġa jagħmlu kuntatt permezz tal-Paġna ta’ Kuntatt tal-pjattaforma: https://quarantrain.org/contact/

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn