Appoġġ lill-Kunsilli Lokali fit-teħid tad-deċiżjonijiet – Simon Busuttil

Il-Kunsilli Lokali għandhom igawdu minn fiduċja mill-Gvern sabiex jieħdu d-deċiżjonijiet fl-aħjar interess tar-residenti tal-lokalità tagħhom. Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Simon Busuttil waqt żjara lill-Kunsill Lokali tal-Birgu.

Simon Busuttil kompla billi faħħar il-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Birgu li fis-snin li għaddew ħadem fil-qrib mal-Gvern biex jikseb fondi tal-Unjoni Ewropea għal proġetti li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti u tal-prodott turistiku. 

Min-naħa tiegħu, is-Sindku John Boxall iddeskriva l-isfidi li qegħdin jaffaċċjaw il-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex, inkluż il-fatt li ħafna mill-Kunsilli Lokali bħalissa jinsabu mingħajr ħaddiema full-time jew għaliex il-ħaddiema li kellhom ġew allokati bnadi oħra.