Appoġġ għan-negozji tal-familja, fl-2021 u ‘l quddiem

Madwar tliet kwarti tan-negozji Maltin huma negozji tal-familja. Minkejja dan, 30% biss ta’ dawn in-negozji jkomplu jirnexxu mat-tieni ġenerazzjoni.

Id-diskussjoni li saret matul l-SME Week ta’ din is-sena bejn l-Uffiċċju tan-Negozju tal-Familja u diversi parteċipanti, kienet pjattaforma perfetta biex tenfasizza l-importanza tan-negozji tal-familja, u kif entitajiet bħal dawn kellhom jibdlu malajr il-mudell tan-negozju tagħhom biex jiffaċċjaw l-isfidi li nħolqu minħabba l-COVID-19.

“Nistgħu nħarsu lejn l-2020 bħala s-sena mimlija ntoppi, jew nistgħu niddefinixxuha bħala sfida biex naddattaw, ninnovaw u niddiversifikaw l-istrateġiji tagħna,” stqarr Dr Joseph Gerada, Regolatur fl-Uffiċċju tan-Negozju tal-Familja. Dr Gerada enfasizza li n-negozji tal-familja jistgħu jibbenefikaw minn sensiela ta’ inċentivi ta’ appoġġ proposti minn entitajiet ewlenin bħall-banek. “Bħalissa, hemm 188 negozju tal-familja rreġistrati f’Malta, u l-għan tagħna huwa li nappoġġjaw lil dawn in-negozji u nħeġġu lil SMEs oħra biex jirreġistraw ukoll.”

“In-negozji tal-familja għandhom it-tendenza li jkunu l-iktar entitajiet reżiljenti u adattabbli billi joperaw fuq medda twila ta’ żmien,” qal Albert Frendo, Chief Credit Officer fi ħdan il-Bank of Valletta. Meta mistoqsi dwar il-bankabbiltà ta’ negozji bħal dawn, is-Sur Frendo wieġeb li dan, fl-aħħar mill-aħħar jiddependi fuq in-natura tan-negozji, il-ġestjoni finanzjarja tagħhom, l-isforzi biex li jittieħdu sabiex jagħtu nifs ġdid lin-negozju tagħhom, u l-governanza u l-viżjoni li jipproponu għall-futur. “Dawn in-negozji mhux biss huma bankabbli, jekk huma mibnija fuq sisien sodi, imma aħna qegħdin hemm biex ngħinuhom jieħdu d-deċiżjonijiet iebsin meħtieġa biex jiżguraw li jkomplu jikbru u jirnexxu,” temm is-Sur Frendo.

Il-BOV Family Business Success jgħin lin-negozji tal-familja rreġistrati biex jagħmlu dik il-qabża strateġika biex jġħaddu n-negozju lill-ġenerazzjonijiet li jmiss jew jaqsmu l-ishma bejn il-membri. Huwa prodott ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi biex jgħin lill-SMEs jiffaċċjaw l-avversitajiet u jirriġeneraw lilhom infushom fi żminijiet diffiċli.

In-Negozju tal-familja, anke jekk  m’huwiex tiegħek, jista’ jista jikber u jirċievi investiment  mill-ġdid għall-ġenerazzjoni li jmiss. Kellimna billi tibgħat email fuq smefinance@bov.com u aħna ngħinuk issib l-aħjar soluzzjoni għan-negozju tiegħek.

Informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni taħt l-Att dwar in-Negozju tal-Familja u inizjattivi oħra għan-negozji tal-familja tista’ tinstab fuq familybusiness.org.mt.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex twettaq in-negozju tas-servizzi bankarji u ta’ investiment skont l-Atti tas-Servizzi Bankarji u ta’ Investiment (Kap.370, 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).