Applikazzjonijiet għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Għas-sena skolastika 2016-2017 fl-iskejjel tal-Knisja se jkun hemm total ta’ 1,557 post vakanti.
L-applikazzjonijiet se jsiru f’diversi skejjel tal-Knisja bejn Novembru u Frar.
Min se japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtela dakinhar stess.
Lista tad-dokumenti meħtieġa, u l-ġranet meta wieħed għandu jmur japplika u fejn, huma mniżżla fir-regolamenti għad-dħul li ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Knisja f'Malta
Dawk li se japplikaw bħala ‘każijiet serji’ għandhom isegwu l-istruzzjonijiet imniżżla fir-regolamenti tal-każijiet serji, li jinkludu dawk li għandhom jew li jista’ jkollhom bżonn LSA, każijiet soċjali u tfal li huma jew il-ġenituri tagħhom qed ifittxu ażil. L-applikazzjonijiet għall-każi serji se jibdew f’Novembru u jkomplu f’Jannar.
Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja.
In-numru ta’ postijiet vakanti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika 2016-2017 huwa kif ġej:
 

Sena 

Postijiet Vakanti Subien

 

 Postijiet Vakanti BnietTotal Postijiet Vakanti
 
L-ewwel sena kindergarten
 
87112199
 
It-tieni sena kindergarten
 
127303430
 
L-ewwel sena primarja
 
380244624
 
L-ewwel sena sekondarja
 
26242304
 
TOTAL
 
856 7011557