Applikazzjonijiet għal postijiet vakanti fi skejjel tal-Knisja

Min-nhar it-Tlieta 3 ta’ Settembru se jerġgħu jintlaqgħu applikazzjonijiet għal numru ta’ postijiet għall-bniet fl-ewwel sena sekondarja fi skejjel tal-Knisja.

L-istudenti għall-ewwel sena sekondarja jridu jkunu twieldu fis-sena 2002.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija fil-Furjana.

Il-polza tal-applikanti se ssir nhar il-Ħamis 5 ta’ Settembru 2013, fil-Kurja tal-Arċisqof, Furjana.

Il-polza tal-bniet għall-ewwel sena sekondarja tibda fis-1:00 p.m.  Immedjatament wara ssir ir-reġistrazzjoni tat-tfal, għaldaqstant huwa importanti li l-ġenituri jkunu prezenti għall-polza.

Aktar dettalji dwar l-applikazzjonijiet tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt tal-Knisja f’Malta: http://maltadiocese.org/posts/category/church-schools.

Il-ħlas għall-applikazzjoni huwa ta’ €10.