​Applikazzjonijiet għal dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

Se jiftħu l-applikazzjonijiet għad-dħul ta’ studenti fi skejjel tal-Knisja għat-tieni, ir-raba’, il-ħames u s-sitt sena tal-primarja.
L-applikanti huma mitluba jirrikorru l-Kurja tal-Isqof fir-Rabat Għawdex, nhar il-Ġimgħa li ġej, bejn it-8am u s-1pm.
Huma mitluba jieħdu magħhom ċertifikat tat-twelid.