Applikazzjoni mill-ġdid għal żvilupp tal-Villaġġ tal-Mistra

F’pubblikazzjoni reċenti fil-Gazzetta tal-Gvern kienet preżentata applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jiġġedded permess kontroversjali li jipprova jiżviluppa mill-ġdid is-sit fejn qabel kien hemm il-kumpless tal-Villaġġ tal-Mistra. L-applikazzjoni tal-ippjanar (PA/06747/18) kienet ippubblikata fl-14 ta’ Awwissu 2018 u kienet preżentata minn Charles Camilleri f’isem il-Gemxija Crown Ltd.

Il-Gemxija Crown Ltd hija kumpanija konġunta bejn il-kumpaniji Maltin JPM Borthers u kumpanija mill-Kuwajt. Camilleri huwa s-sid ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni oħra li hija wkoll imsieħba ma’ JPM Brothers fil-proġett tal-Ġerma u applika f’isem il-Gemxija JPM brothers li hija kumpanija mmexxija mill-aħwa Montebello li oriġinarjament pruvaw jiżviluppaw mill-ġdid is-sit fejn kien hemm il-lukanda Ġerma. Illum-il ġurnata il-kumpanija Porto Notos li kienet iffurmata f’Settembru 2013 qed tipprova tieħu r-riedni f’idejha f’Marsaskala.

L-Għaqda mhux governattiva Din l-Art Ħelwa qalet li l-proġett propost kif approvat fl-2013 se jkollu impatt viżiv permanenti enormi fuq l-ambjent ċirkostanti minħabba l-għoli tal-bini. Ir-Ramblers Association of Malta irrifjutat dan l-iżvilupp lura meta kien għad hemm il-MEPA. Ir-ramblers qalu li l-analiżi tal-impatt fuq l-iskyline l-ġdid ta’ żoni rurali mhix ta’ livell mixtieq.

Meta kien approvat l-ewwel permess Transport Malta għarfet li se jkun hemm żieda qawwija fit-traffiku fiż-żona tax-Xemxija. Fis-sit hemm mitħna tad-dqiq skedata fi Grad 1 li l-iżviluppaturi jeħtieġ li jipproteġu minn xi ħsara li tista’ ssir.