Applikazzjoni għal bini fuq art agrikola fin-Nigret

Read in English.

Applikazzjoni sottomessa mal-Awtorità tal-Ippjanar qed tipproponi li 20 tomna art agrikola fin-Nigret tinbena b’partijiet minnha jkunu għoljin mal-ħames sulari. Din il-parti tmiss ma’ żona residenzjali taż-Żurrieq li fil-maġġoranza tagħha hija mibnija b’żewġ sulari.

L-applikant qed jitlob li jkun hemm estensjoni tat-toroq eżistenti kif ukoll il-bini ta’ triq ġdid. Għall-binja proposta, l-applikazzjoni titlob li jinbnew 3 sulari u kantina. Fil-fatt il-kantina tista’ titqies bħala sular ieħor minħabba li fuq il-pjanta tidher li tinsab ftit inqas mil-livell tat-triq. Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li dwar din l-applikazzjoni, il-bini ta’ penthouse hija kważi awtomatika.

Din l-applikazzjoni (PC49/19)tinsab tmiss ma’ żona oħra li fuqha hemm applikazzjoni simili (PC85/19) fuq parti iżgħar tal-art agrikola fin-Nigret.