Applika għal BOV VISA Classic Card u irbaħ minn GoPro sa Macbook

Il-Bank of Valletta nieda offerta speċjali għall-klijenti tiegħu matul dan is-sajf u li se japplikaw għal BOV VISA Classic Cards ġodda sal-10 ta’ Settembru.
Dawk se jkunu eliġibbli biex jieħdu sehem f’din il-promozzjoni u jirbħu diversi premjijiet.
Dawk kollha li japplikaw għal BOV VISA Classic Card u jagħmlu tranżazzjonijiet ta’ xiri b’valur ta’ €500 bil-kard il-ġdida tagħhom fl-ewwel xahrejn se jirċievu rimborż sħiħ taċ-charge tal-kard tagħhom għall-ewwel sena.
Dan mhux biss. Il-Bank se jtella’ erba’ lotteriji minn fost dawk li japplikaw għal BOV VISA Classic Card ġdida matul il-perjodu tal-kampanja.
Kull darba, erba’ rebbieħa se jkunu qed jieħdu magħhom GoPro (Hero 5) kull wieħed.
Fl-aħħar nett xi ħadd se jirbaħ Macbook laptop ta’ 12-il pulzier. L-ewwel tlugħ tal-lotterija se jsir nhar it-Tnejn 17 ta’ Lulju.
Il-BOV VISA Classic Card hija meqjusa bħala kard inizjali u għalhekk hijatajba għal klijent li jagħżel li jipprova karta tal-kreditu għall-ewwel darba, u jesperjenza l-konvenjenza u l-versatilità li tirrappreżenta bħala mezz ta’ pagament.
Din hija ċċċettata f’aktar minn 12-il miljun stabbiliment madwar id-dinja,
Għal aktar informazzjoni jew għajnuna, il-klijenti huma mħeġġa jżuru kwalunkwe fergħa tal-BOV, jew iċemplu lill-Customer Service Centre tal-BOV fuq 2131 2020.