Apple toħloq app biex tikkompeti ma’ Spotify

Il-kumpanija Apple ħabbret it-tnedija ta’ app ġdida li tikkombina l-faċilità li tisma’ id-diski onlajn u mod kif artisti ġodda jistgħu jixxerjaw il-mużika tagħhom b’aktar faċilità.
Is-sistema, bl-isem ta' Apple Music, se tkun qed tħabbatha mar-rivali tagħha Spotify.
Din ta’ apple se tkun qed issib id-diski kemm permezz ta’ sistema kompjuterizzata u anke permezz ta’ nies apposta li se jkunu qed jissuġerulek aktar diski.
L-app se tkun qed titnieda fl-Istati Uniti u wara, ir-Renju Unit se jkun l-ewwel pajjiż li jista’ jakkwista din l-applikazzjoni tant mistennija.