Apple tkabbar l-imperu tagħha fiċ-Ċina

Il-kumpanija Apple se tkompli tkabbar l-imperu tagħha fiċ-Ċina hekk kif f’temp ta’ ħames ġimgħat mistennija jinfetħu ħames stabbilimenti oħra. 
Il-kelliema għal din il-kumpanija fiċ-Ċina, Angela Ahrendts tkellmet dwar x’inhuma l-pjanijiet għall-Apple qabel iċ-ċelebrazzjonijiet Ċiniżi tal-ewwel tas-sena. 
Spjegat kif erba’ minn dawn l-istabbilimenti ser ikunu f’ibliet ġodda, fosthom, f’Zhengzhou u f’Hangzhou qrib Shanghai.
L-ewwel ħanut tal-Apple fic-Cina infetaħ lura fl-2008.  Minn dak iż-żmien ‘l hawn, iċ-Ċina saret suq importanti ħafna għal din il-kumpanija Amerikana bbażata f’Kalifornja
L-Apple qed tkompli tagħmel suċċess permezz tal-iPhone minkejja li fiċ-Ċina stess, smartphones bħal Xiaomi, ZTE u Huawei qed joffru servizz simili ħafna bi prezzijiet ferm iktar baxxi.