Apple tixtri l-kumpanija li kellha parti mill-film Star Wars

Il-kumpanija Apple xtrat il-kumpanija Faceshift, il-moħħ wara t-teknoloġija motion capture .
Faceshift tispeċċjalizza f’software li jippermetti karattri animati 3D li jimitaw l-espressjonijiet tal-wiċċ tal-attur.
Din il-kumpanija ħadet sehem f’diversi proġetti fosthom f’films, f’logħob u fil-filmat ta’ wara l-kwinti tal-film Star Wars.
S’issa għadu ma ġiex magħruf la kemm nefqet il-kumpanija Apple sabiex akkwistatha u lanqas x’inhuma l-pjanijiet tagħha għal din il-kumpanija.
Kelliem għall-Apple qal li minn żmien għall-ieħor il-kumpanija tixtri kumpaniji żgħar tat-teknoloġija u ġeneralment ma jiddiskutux x’inhu l-iskop jew il-pjanijiet tagħhom.
Kien hemm diversi għajdut għalfejn l-Apple xtratha, fosthom li dan l-akkwist jikkumplimenta akkwisti oħra li għadha kemm għamlet bħar-rikonoxximent tal-vuċi u l-intelliġenza artifiċjali.