Apple tittella’ l-Qorti mill-utenti tagħha stess

Apple qed tħabbat wiċċha ma’ żewġ kawżi legali kontrija fl-Istati Uniti wara l-istqarrija kunfliġġenti li għamlet aktar kmieni din il-ġimgħa.
Fi stqarrija uffiċjali Apple żvelat kif tnaqqas l-effiċjenza tal-mudelli antiki tal-iPhone apposta hekk kif jgħaddi ċertu ammont ta’ żmien minn fuqhom.
Hi qalet li dan tagħmlu biex ittawwal l-effiċjenza u l-ħajja tal-apparat u l-batterija.
Il-kawżi legali kontra Apple infetħu f’Kalifornja u f’Chicago minn gruppi ta’ utenti tal-iPhones li qed jallegaw li minħabba din il-proċedura huma sofrew danni ekonomiċi.
L-avukati ta’ dawn l-utenti li fetħu l-każijiet qalu li l-fatt li Apple naqset intenzjonalment milli tinforma lill-konsumaturi tagħha dwar din il-proċedura li taffetwahom direttament jagħti kull raġun lill-utenti biex jieħdu passi legali.